
Il-Kardinal Robert Francis Prevost, illum Papa Ljun XIV, meta kien gie il-Mosta
Video minn din il-facebook post tat-8 ta' Mejju '25, dakinhar li ntghazel Papa, ta' Popolin. Skont din il-link ta' Newsbook: "L-aħħar li ġie Malta kien f’Novembru tal-2023 meta ġie biex jindirizza l-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Isqfijiet Ewropej li kienet qed issir Malta. Dak iż-żmien Robert Francis Prevost kien ilu kardinal xahrejn biss. Barra l-indirizz lill-isqfijiet Ewropej, dakinhar huwa ppresieda anke Ewkaristija fil-Bażilika tal-Mosta, ...". Din il-link mill-Youtube ghall-video kollu tal-Quddiesa.



Ritratti tal-bidu minn din il-facebook post tat-8 ta' Mejju '25, dakinhar li ntghazel Papa, ta' Mosta Parish. Skont dettalji minn din il-post: "Papa Ljun XIV bħala Kardinal, fit-28 ta' Novembru 2023, mexxa Konċelebrazzjoni solenni, fil-Bażilika tal-Mosta fl-okkażjoni tal-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej".
Dawn skont facebook posts ohra kif kienet imhabbra fl-avvizi tal-parrocca tal-
11 ta' Novembru 2023: 10. Kif avzajna l-weekend li għadda, bħala parti mill-laqgħa Plenarja tal-Isqfijiet Ewropej li se ssir f’Malta dan ix-xahar, It-Tlieta 28 ta’ Novembru, il-Quddiesa tas-6.30pm, fil-Bażilika se tkun mmexxija mill-Eminenza tiegħu l-Kardinal Robert Prevost, Prefett tad-dikasteru tal-Isqfijiet u jikkonċelebraw numru ta’ Isqfijiet. Id-Dħul għal din l-Quddiesa se jkun bil-biljetti, li dawn qed jitqassmu minn ħdejn il-bieb prinċipali tal-Bażilika jew mill-uffiċċju parrokkjali. u tal-
24 ta' Novembru 2023: 3. IT-TLIETA (28) Il-Quddiesa, fil-Bażilika tas-6.30pm. se titmexxa mill-Eminenza tiegħu l-Kardinal Robert Prevost u l-Isqfijiet Ewropew bħala parti mill-Assemblea Plenarja li se ssir f’Malta matul din il-ġimgħa. Tkun ħaġa sabiħa li bħala Komunita Parrokkjali nieħdu sehem.
Din link ghal ritratti minn facebook post ohra ta' Mosta Parish mill-quddiesa li saret.
Bhala l-Prefett tad-Dikasteru tal-Isqfijiet, kariga li okkupa mit-30 ta' Jannar 2023, kien gie Malta l-ahhar darba, u fosthom propju fil-Mosta, f'laqgha mal-Isqfijiet kollha tal-Ewropa. Il-quddiesa fil-Mosta fit-28 ta' Novembru 2024 kienet ezatt f'gheluq l-erba' gimghat mindu kien inhatar Kardinal fit-30 ta' Settembru 2023, u 527 jum boghod mindu kellu jinhatar Papa, il-267 successur ta' San Pietru.